Wednesday, December 4, 2024

Sena u sitt xhur ħabs wara li nstab ħati li offra l-kannabis lil Pulizija

Aqra wkoll

Raġel ġie kkundannat sena u sitt xhur priġunerija, wara li nstab ħati li offra l-kannabis lill-pulizija pajżan qrib postijiet ta’ divertiment f’Paceville. 

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur John Leigh Howard spjegat li l-imputat, Aseyr Ahmed Mustafa ġie arrestat waqt operazzjoni fl-istess żona. 

Ingħad li fit-30 ta’ Novembru, il-Pulzija. nnutat li kien hemm diversi individwi li allegatament kienu qed jaħdmu flimkien biex ibigħu d-drogi.

L-Ispettur Howard spjega li l-operazzjoni żvelat network issuspettata li jinvolvi diversi individwi u li Mustafa kien arrestat wara li offra sustanza lill-pulizija pajżan. 

Minn tfittxija illi saret fuq l-imputtat, irriżulta li dan kien qiegħed iġorr pakkett ta’ kannabis. Quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech, Mustafa wieġeb li huwa ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih. 

Minbarra s-sentenza ta’ 18 -il xahar ħabs, i-Maġistrat Grech ordna sabiex dan iħallas multa ta’ €500.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport