Friday, December 13, 2024

Sena u xahar ħabs talli ħebb għall-eks sieħba

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel ta’ 55 sena li jgħix Bormla kien ikkundannat sena u xahar ħabs wara li ammetta li għat-tieni darba ħebb u ikkaġuna ġrieħi ħfief lill-eks-sieħba.

Ir-raġel, li ismu mhux jixxandar biex ma tinkixifx l-identità tal-eks-sieħba li minnha għandu ħamest itfal, ammetta li fis-16 ta’ Ottubru li għadda taha fastidju, heddidha, weġġagħha, qal kliem oxxen fil-pubbliku, kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied kif ukoll kiser sentenza tal-Maġistrat Charmaine Galea.

Il-Maġistrat Rachel Montebello ikkundannatu sena ħabs dwar l-aħħar każ kif ukoll ordnat li jidħol fis-seħħ ix-xahar ħabs sospiżi għal sena li kien weħel fis-7 ta’ Novembru li għadda.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Eman Hayman waqt li l-Avukat Fransina Abela dehret għar-raġel.

Ekonomija

Sport