Żagħżugħ ta’ 22 sena kien ikkundannat sena u xahrejn priġunerija wara li fil-Qorti ammetta li seraq minn pompa tal-petrol.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ f’Mejju ta’ din is-sena meta allegatament l-imputat wettaq serqa minn pompa tal-petrol f’Ħal Għaxaq.
Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, l-imputat ammetta li seraq flus mill-magna tal-vacuum u magna tal-arja tal-tajers. Huwa ammetta wkoll li kkaġuna ħsara fil-pompa tal-petrol u li kiser sentenzi tal-Qorti.
Il-Maġistrat Grima minbarra li kkundannatu 14 -il xahar ħabs, immultatu €500. Hija ordnat ukoll li jkollu konfiskati €1,500 f’depożitu u €1,000 f’garanzija personali fuq ħelsien mill-arrest fuq każ ieħor.

