Tuesday, September 2, 2025

‘Sena wara sena nuru li l-imħabba u l-għaqda bejn il-kumitat, il-plejers u l-partitarji tkabbar is-saħħa tagħna’ – Claudio Spiteri Debarro

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo?

Minn ta’ etá żgħira, ommi kienet teħodni l-pitch ta’ San Ġiljan ASC, u bdejt nittrenja maż-żgħar taħt il-gwida tal-kowċ, Jonny il-‘Cane’.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq ir-rebħ tat-Treble permezz tar-rebħ tal-Kampjonat tax-Xitwa, il-Kampjonat tas-Sajf u n-Knock-Out minn San Ġiljan ASC?

Sodisafazzjon enormi. Bdejna l-istaġun fejn biddilna l-kowċ, f’nofs il-Kampjonat tax-Xitwa, u spiċċajna rbaħna kollox. Sodisfazjon kbir għax San Ġiljan ASC huwa l-uniku klabb li m’għandux premises fejn jittrenja, u sena wara sena nuru li l-imħabba u l-għaqda bejn il-kumitat, il-plejers u l-partitarji tkabbar is- saħħa tagħna. 

Iddeskrivi r-rwol tiegħek bħala Assistant Coach ta’ San Ġiljan ASC.

Peressli jien nifforma parti mill-kumitat, u qabel dħalt fil-kumitat għamilt karriera nilgħab il-waterpolo, il-kumitat iddeċieda li jien inkun assistent mal-kowċ għax għandi esperjenza fil-waterpolo, u naf lill-plejers tagħna sew. 

Kemm taħdem spalla ma’ spalla mal-kowċ, Giorgos Katsaounis?

Nitkellmu ħafna matul il-ġimgħa, u nanalizzaw il-logħbiet. Din hija l-ewwel sena tiegħu hawn Malta, allura kelli nfiehmu l-logħba Maltija.

Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek bħala plejer ta’ suċċess, u kemm hu diiferenti r-rwol ta’ kowċ minn dak ta’ plejer?

Kelli esperjenza sabiħa bħala plejer fil-passat, fejn apparti ma’ San Ġiljan lgħabt ma’ diversi timijiet oħra kemm fil-Premier fosthom ma’ Sirens u Marsaskala, kif ukoll ma’ Marsaxlokk u Otters fl-aħħar sentejn tal-karriera tiegħi. Id-differenza fir-rwol tal-kowċing hija ħafna, għax meta tkun plejer int jinteressak biex ittejjeb il-prestazzjoni tiegħek, filwaqt li meta tkun kowċ għandek 16-il plejer u trid ittejjeb u tgħaqqad lil kulħadd biex jifhmu l-filosofija tiegħek.

X’tikkummenta fuq il-fatt li din is-sena ħdimt ma’ tliet kowċis differenti, u kemm tgħallimt mingħandhom?

Tgħallimt ma’ dawn it-tliet kowċis għax peressli kollha jiġu min pajjiż differenti, kollha jkollhom il-mentalità tagħhom, u konna fortunati li ma dawn it-tliet kowċis li kellna, irbaħna l-kampjonat taħt il-gwida tagħhom fil-passat. 

Kif tqis il-livell tal-waterpolo Malti fil-preżent?

Il-livell tal-waterpolo f’Malta kiber ħafna, u anke grazzi għall-ASA u l-president Karl Izzo li jaħdem biex xi darba noqorbu iżjed lejn il-livell ta’ klabbs fl-Ewropa. 

U dak tar-riżorsi (pixxini) fejn titħarrġ u tilagħbu l-logħob komptittiv tagħkom?

Il-Pixxina Nazzjonali hija sabiħa biex tilgħab fiha, però, bħala l-ikbar klabb tal-waterpolo f’Malta ta’ dawn l-aħħar għaxar snin, għadna mingħajr faċilitá bħal m’għandhom klabbs oħra.

Tħoss li hawn biżżejjed kuxjenza rigward il-waterpolo f’Malta?

Dejjem jista’ jkun hawn iżjed, però kif jidhru r-riżultati wkoll, dan l-isport huwa wieħed mill-iżjed sports li jagħmel isem għal Malta. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-waterpolo bħala kowċ?

M’għandix intenzjoni li nkun kowċ … bix-xogħol full-time tiegħi difficli, però li inkun mal-coaching staff u nassisti lil kull kowċ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport