Sunday, December 22, 2024

Senaturi jaqblu li Bolsonaro jaffaċċja akkużi għal kif mexxa matul il-pandemija

Aqra wkoll

Is-senaturi fil-brazil ivvutaw favur li l-President Jair Bolsonaro jiġi akkużat għall-mod ta’ kif qiegħed imexxi minkejja sitwazzjoni devastanti li ġabet magħha l-pandemija fil-pajjiż.

Ir-rappreżentanti tas-Senat qablu mar-rapport li jsejjaħ għal akkużi kontra Bolsonaro inkluż kriminalità kontra l-umanità wara l-mewt ta’ 600,000 persuna kawża tal-virus.

Min-naħa tiegħu l-President Brażiljan sostna li hu mhu ħati ta’ assolutament xejn minn dan, iżda l-kriżi fil-pajjiż wasslet biex il-popolarità tiegħu tkompli tonqos.

Minkejja dan m’hemmx garanzija li dan il-vot se jkun qiegħed iwassal biex il-President Brażiljan jaffaċċja akkużi kriminali. Dan hekk kif ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dan ir-rapport għad iridu jiġu assessjati mill-Prosekutur Ġenerali Augusto Aras li mistenni jipproteġih.

It-total ta’ mwiet fil-Brażil huwa t-tieni l-ogħla fid-dinja wara dawk reġistrati fl-Istati Uniti.

Ekonomija

Sport