Academy Senglea Gunners telgħu jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA maċ-champions Għaxaq Wolves meta għelbu lil San Ġwann Pro Evolution Academy 1-0.
L-uniku gowl tal-partita ġie skorjat minn Lamin Jaiteh fil-11-il minuta wara xutt mill-ewwel li ħasad il-goalkeeper ta’ San Ġwann Pro Evolution Academy.
Referee kien Gjorgji Bitri.
Valletta St Paul’s kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara skor ta’ 3-1 kontra San Ġiljan Saints.
Il-Beltin kellu l-aħħar akkwist tagħhom il-Brażiljan Guillherme Da Lima Mendes li skorja doppjetta filwaqt li Luke Asanidze żied ieħor għat-tim immexxi minn Kris Bugeja.
Jamie Bowlby Whiting kien naqqas l-iskor għall-Ġiljaniż.
Referee kien Thomas Debono.
Fit-tieni diviżjoni kompla l-bidu eċċezzjonali ta’ Swieqi United AFC u Attard Edex Kings li rebħu u baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika.
Swieqi iddominaw għal kollox il-konfront kontra Birżebbuġa St Peter’s AFC tant li rebħu 6-0.
Suhail Mantrammal skorja doppjetta filwaqt li Amri Mohamed Taher, , Andrade da Silva, Liete Bezerra, Pedro Henrique u Vitor Silva Dias skorjaw iktar gowls għal Swieqi.
Referee kien Sillah Al Hasana.
Attard Edex Kings xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil Mqabba Albions 3-2.
Mqabba marru minn fuq wara biss tliet minuti minn Miguel Grima għalkemm awtogowl ta’ Lean Leckey ġab l-iskor indaqs għal Attard.
Qabel tmiem l-ewwel taqsima, Roberty Felix poġġa lil Attard minn fuq qabel ma’ Jean Alesi Spiteri għamilhom 2-2.
Fl-44 minuta, Roberty Felix skorja l-gowl tar-rebħa għal doppjetta personali.
Referee kien Thomas Debono.
Gowl uniku ta’ Larry Toni Gorgi ta rebħa lil Ħamrun Sporting li għelbu lil Naxxar Victorians 1-0.
B’din ir-rebħa l-Ħamruniżi issa jitilgħu għal erba’ punti bin-Naxxarin li għadhom qed ifittxu l-ewwel punti tagħhom.
Referee kien JP Sammut.
KLASSIFIKA L-EWWEL DIVIŻJONI
- Għaxaq Wolves – 6
- Senglea Gunners – 6
- Valletta Stars – 4
- Marsa St Michael – 4
- Valletta St Paul’s – 3
- San Ġwann Pro Ev – 0
- San Ġiljan Saints – 0
- Balluta Barracudas – 0
KLASSIFIKA IT-TIENI DIVIŻJONI
- Swieqi United AFC – 9
- Attard Edex Kings – 9
- Gudja Wanderers – 6
- Ta’ Ġiorni W – 1
- Mqabba Albions – 1
- Birżebbuġa SP AFC – 1
- Naxxar Victorians – 0
- St Paul’s Bay NMFC – 0

