Saturday, July 20, 2024

Sentejn ħabs talli seraq diesel għad-droga

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel ta’ 47 sena li jgħix Bormla kien ikkundannat sentejn ħabs wara li ammetta li seraq diversi litri ta’ diesel biex ikollu l-flus għad-droga.

Martin Joseph Xuereb ammetta li fil-lejl ta’ bejn it-13 u l-14 ta’ Awwissu ta’ din is-sena, fl-inħawi magħrufa bħala “Ta’ Maġġi” fix-Xewkija, Għawdex, seraq diesel mill-vettura tal-għamla Leyland DAF u minn krejn b’dannu għal Mark Agius.

Huwa ammetta wkoll li fil-lejl ta’ bejn is-7 u t-8 ta’ Awwissu li għadda, fir-Rabat, Għawdex, seraq diversi litri ta’ diesel minn vettura tal-għamla Coles b’dannu għal Mario Xuereb u mill-vettura tal-għamla Leyland ta’ Louis Attard.

Xuereb ammetta anke li saq vettura mingħajr polza tal-assikurazzjoni u liċenzja tas-sewqan valida kif ukoll li kiser diversi sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati.

Fil-piena tagħha l-Maġistrat Brigitte Sultana qieset li s-serq kien riżultat tal-vizzju tad-droga u għalhekk waqt li ikkundannatu sentejn ħabs talbet lid-Direttur tal-Ħabs biex jgħinu jiffaċċja l-problema li għandu.

Il-prosekuzzjoni fil-konfront tiegħu tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Ekonomija

Sport