Saturday, October 26, 2024

Sentejn ħabs wara li ħebb għas-sieħba wara argument fuq toilet brush

Aqra wkoll

Serb ta’ 27 sena ġie ikkundannat sentejn ħabs wara li nstab ħati li ta daqqa ta’ ras lis-sieħba tiegħu minħabba li kellhom argument fuq toilet brush.

Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Sherona Buhagiar fil-Qorti qalet li l-każ imur lura għat-13 ta’ Awwissu 2022 fil-Qrendi, meta r-raġel ikkaġuna ġrieħi gravi lis-sieħba.

Huwa kien ikkundannat 24 xahar ħabs wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma għall-perjodu ta’ ħames snin. Huwa appella mis-sentenza fejn sostna li l-piena mogħtija lilu kienet waħda eċċessiva u li se ttelliflu l-opportunità li jaħdem.

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, li semgħet l-appell, qalet li l-vjolenza fiżika qatt mhi ġustifikata, lanqas f’każijiet minuri bħal dawn.

Kien għalhekk li ċaħdet it-talba tal-akkużat u kkonfermat is-sentenza oriġinali.

Sport