Saturday, November 23, 2024

Sentejn ħabs wara li sabbat kelb mal-komodina

Aqra wkoll

Karkariż ta’ 23 sena kien ikkundannat sentejn ħabs u €5,000 multa wara li sabbat il-kelb tal-familja mal-komodina għal darba darbtejn.

L-inċident seħħ fil-21 ta’ Lulju 2019 meta l-Pulizija rċeviet rapport li Leon Borg kien qed ikun aggressiv fid-dar t’ommu tant li kisser ukoll it-televixin ta’ ħuh.

Meta l-pulizija marru fuq il-post sabuħ fuq il-bejt u meta niżel u staqsew jekk ħax xi pilloli wieġeb li le anke jekk għaddilhom 45 pillola. Sakemm kienu qed jitkellmu miegħu huwa daħal fil-kamra tas-sodda, qabad it-telefon ċellulari minn idejn ħuh u sabtu mal-art.

Il-kelba tar-razza Chiuaua, bl-isem Otis, beda jinbaħ u kien hawn li Borg qabdu minn dahru, qabadlu saqajh u sabtu darbtejn fuq il-komodina. Il-pulizja mill-ewwel intervjenew u waqqfuh milli jkompli jsawwat lill-kelb għalkemm beda jirreżisti tant li wieħed mill-pulizija weġġa’ ħafif.

Huwa ttieħed l-għassa ta’ Birkirkara fejn imbagħad tressaq il-Qorti bil-Maġistrat Joseph Mifsud ikkundannah għall-attakk fuq il-kelb. Il-Maġistrat Mifsud ikkundanna wkoll l-attakk fuq il-Pulizija fejn insista li dawn iridu jkunu protetti u ħadd mhu skużat li jheddidhom jew iweġġgħahom.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Christina Delia waqt li Borg kellu jassistih lill-Avukat Simon Micallef Stafrace.

Sport