Saturday, December 21, 2024

Sentejn ta’ suċċess għad-Dwana f’interċettazzjonijiet ta’ ċaqlieq illegali ta’ flus

Aqra wkoll

Bejn l-2015 u din is-sena id-Dwana Maltija qabdet aktar minn €2.75 miljun f’ċaqlieq illegali ta’ flus. Dan wara li f’perjodu ta’ ħames snin għamlet 128 interċettazzjoni ta’ suċċess.

Il-biċċa l-kbira tal-interċettazzjonijiet saru matul dawn l-aħħar sentejn. Dan hekk kif fl-2015 l-uffiċjali tad-Dwana għamlu interċettazzjoni waħda biss filwaqt li fis-sena ta’ wara, fl-2016, kienu reġistrati biss żewġ interċettazzjonijiet.

L-interċettazzjonijiet bdew isiru b’mod regolari matul is-sena li għaddiet fejn b’kollox inqabdu €1.55 miljun f’66 interċettazzjoni. In-numru tal-interċettazzjonijiet naqas matul din is-sena, madankollu dan it-tnaqqis kien jirrifletti t-tnaqqis fiċ-ċaqlieq ta’ passiġġieri kaġun tal-pandemija tal-Covid-19.

Skont il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea persuni li jidħlu f’pajjiż jistgħu jġorru sa €10,000 fi flus kontanti mhux dikjarati, ċekkijiet jew money orders.

Ekonomija

Sport