Sunday, December 22, 2024

Sentejn u nofs ħabs għal raġel li pprova jisraq mill-Burger King ta’ Ħal Qormi

Aqra wkoll

Raġel ta ‘ 43 sena residenti Ħal Qormi ġie kkundannat sentejn u nofs ħabs wara li tressaq il-Qorti fejn kien akkużat li pprova jisraq mill-Burger King ta’ Ħal Qormi.
Fil-Qorti, Darren Brincat ġie mixli lura għas-6 ta’ Awwissu, ipprova jwettaq serqa li tammonta għal iktar minn €2,000.

Huwa kien akkużat ukoll li żamm persuna kontra l-volonta tagħha, li hedded bil-ġebel, li fl-4 ta’ Awwissu seraq fwieħa minn ħanut f’Ħal Qormi u li kien reċidiv.
Fix-xhieda tiegħu l-akkużat wieġeb li huwa ħati għal l-akkużi miġjuba kontrih. Għaldaqstant, il-Qorti pproseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella ikkundannat lil Darren Brincat sentejn u nofs priġunerija.

Il-Qorti rat li l-akkużat għandu problema tad-droga u għalhekk poġġietu taħt ordni ta’ trattament għall-perjodu ta’ ħames snin.
Il-Maġistrat Vella wissietu li jekk jikser ir-regoli tal-ordni tat-trattament huwa jiġi immultat.

Ekonomija

Sport