Friday, November 15, 2024

Sentenza sospiża għal Eritrean li wettaq ħsara fil-lift tal-Marsa-Ħamrun bypass

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Eritrea ġie kkundannat disa’ xhur ħabs sospiżi għal sena wara li ammetta li fid-19 ta’ Settembru tas-sena l-oħra, wettaq ħsara fuq lift li jinsab fil-Marsa-Ħamrun bypass.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-ħsara li wettaq Adhanom Gebrit, li huwa residenti l-Marsa, tammonta għal €840. Qal ukoll li fir-rigward tal-piena, il-Qorti trid tieħu l-kunsiderazzjoni li l-ħsarat saru fuq proprjetà pubblika.

L-Avukat Difensur Mark Mifsud Cutajar qal li l-akkużat ħa mill-bidu r-responsabilità fuq spallejh rigward dak kollu li kien għamel. Spjega wkoll li ż-żagħżugħ kien lest li jagħmel tajjeb għal ħsara li wettaq.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Elaine Mercieca Rizzo filwaqt li kkundannatu sentenza sospiża, immultatu s-somma ta’ €840, li jistgħu jitħallsu f’perjodu ta’ 100 ewro fix-xahar.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Ian Vella.

Ekonomija

Sport