Thursday, December 26, 2024

Sentenza sospiża għal Ġermaniż li kien xurban waqt titjira u għamel l-awrina mal-art

Aqra wkoll

Ġermaniz ta’ 49 sena ngħata sentenza sospiża wara li tessaq il-Qorti, mixli li għamel l-awrina fl-art fuq titjira tal-KM Malta Airlines nhar il-Ħadd li għadda.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roxanne Tabone spjegat li l-akkużat talab lill-ekwpaġġ sabiex juża l-kamra l-baxxa waqt li kien hemm it-tabella taċ-ċinturin tas-sigurtà kienet mixgħula.

Il-Prosekuzzjoni kompliet tispjega biex wieħed mill-ekwipaġġ spjega lill-akkużat li huwa kellu jistenna ħames minuti sabiex jinqeda. Ġara li l-passiġġier ma stenniex u ddeċeda l jagħmel l-awrina mal-art.

L-akkużat ġie arrestat, hekk kif l-ajruplan wasal f’Malta u mmedjatament ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura, fejn irriżulta li huwa kien taħt influwenza ta’ alkoħol.

Hu wieġeb ħati u qal li jiddispjaċih għal dak li kien ġara. Il-Maġistrat Joseph Gatt sab lill-akkużat ħati fuq ammissjoni tiegħu stess u kkundannatu tliet xhur ħabs sospiżi għal tliet snin.

Għall-akkużat deher l-avukat Adriano Spiteri.

Ekonomija

Sport