Ġermaniża ta’ 53 sena kienet ikkundannata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li l-Qorti sabitha ħatja li lura għall-2014 ħebbet għal mara, bil-konsegwenza li din sofriet minn grieħi gravi u li ppruvat taħtaf tifel ta’ 3 snin u tieħdu f’pajjiż ieħor.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roderick Spiteri, spjegat li l-imputata Claudia Krolik inġiebet Malta dan il-lejl b’mandat t’arrest Ewropew meta ġiet arrestata Ruma.
Fil-Qorti, Krolik wieġebet li hija ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha. Il-Qorti qieset il-fatt li r-reat imur lura għall-2014 u ġie kkundannata sentenza sospiża u ħarġet ordni ta’ trażżin favur il-vittmi.