Mara ta’ 33 sena minn Tanżanija ġiet ikkundannata ena ħabs sospiżi għal sentejn wara li fil-Qorti ammettiet li serqet tlett ifliexken fwieħa mid-duty-free shop tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena, meta allegatament il-mara ħadet il-fwieħa u poġġiet il-kaxxi vojta lura fuq l-ixkafef.
Id-Difiża spjegat li l-imputata kkoperat mal-Pulizija u li kienet lesta li tħallas l-ammont lura dovut. Il-Prosekuzzjoni, immexxija minn Miryea Mifsud, ikkonfermat li l-akkużata kkoperat. Spjegat li l-prodotti ma setgħux jinbiegħu peress li nkissru s-siġilli tal-kaxxi.
Il-Maġistrat Abigail Critien kienet qed tisma’ l-każ irrikonoxxiet il-fatt li l-imputata rritornat il-fwejjaħ lura.