Mara mill-Urugwaj ingħatat sentenza sospiża għax serqet kartiera.
Fil-Qorti ingħad li l-każ seħħ fit-13 ta’ Diċembru, meta allegatament il-mara li għandha 44 sena serqet kartiera sewda minn ħanut f’San Ġiljan.
Hija ġiet mixlija wkoll li għamlet użu minn ismijiet foloz u għamlet qligħ b’qerq.
Quddiem il-Maġistrat Marse Ann Farrugia wieġbet li hiјa ħatјa tal-akkużi miġјuba kontiha.
Il-Qorti sabet lill-mara ħatja u kkunsidrat il-fatt li l-mara kkoperat mal-Pulizija u ammettiet mal-ewwel.
Innotat li l-imputata kienet fuq btala f’Malta u għalhekk kellha fedina penali netta f’Malta. Qieset li serqet €16.
Hija ġiet kkundannata sena ħabs
sospiża għal sentejn u ordnatilha tħallas lura is-€16.