Niġerjan t’40 sena residenti San Pawl il-Baħar ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. Dan wara li l-Qorti sabitu ħati li tliet snin ilu għamel ħsarat f’għadd ta’ karozzi f’San Pawl stess.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmmexxija mis-Supretendent Saviour Baldacchino, spjegat li l-każ seħħ f’Awwissu tal-2021. Fil-Qorti ingħad li allegatament, l-akkużat beda jagħti b’ħadida fuq xi karozzi li kienu pparkjati f’parkeġġ ta’ lukanda li tinsab f’San Pawl il-Baħar stess.
Quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia, Agbedia ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih. Minbarra s-sentenza sospiża, l-akkużat tpoġġa taħt ordni ta’ superviżjoni u trattament għal perjodu ta’ sena u nofs, sabiex jindiriza l-problemi tas-saħħa