Saturday, December 28, 2024

Sentenza sospiża għal raġel ħati li għedded lis-sieħba tiegħu

Aqra wkoll

Raġel mill-Birgu ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li hedded lis-sieħba tiegħu. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat u s-sieħba tiegħu għandhom tifel flimkien u se jkollhom tarbija oħra, madankollu m’għadhomx flimkien.

L-Ispettur Eman Hayman qal li filwaqt li t-theddid kien ilu għaddej, qatt ma kien hemm swat.

Ir-raġel ammetta għall-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu.

Quddiem dan il-Maġistrat Doreen Clarke tat lir-raġel sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn, filwaqt li ordantu jħallas multa ta’ €500. Ir-raġel ingħata żmien sena biex iħallas il-multa minħabba li ma jaħdimx. Apparti hekk l-qorti tat lir-raġel ordni ta’ restrizzjoni fejn għal żmien sena ma jistax idejjaq lill-mara.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Eman Hayman, filwaqt li għar-raġel deher l-Avukat Fransina Abela.

Ekonomija

Sport