Wednesday, July 24, 2024

Sentenza sospiża għal raġel ħati ta’ serq aggravat

Aqra wkoll

Jabi Abubaker, mill-Gambja, weħel sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammetta li seraq u għamel ħsarat fi propjetà ta’ ħaddieħor.

Il-każ seħħ fis-27 ta’ Lulju li għadda.

Huwa ġie mixli b’serq aggravat minn appartament f’Santa Venera u li wettaq xi ħsarat fl-istess propjetà.

Il-Qorti tal-Maġistrati, ippreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima, ikkunsidrat l-ammissjoni bikrija tal-imputat kif ukoll li kellu fedina penali netta.

Huwa ġie kkundannat sentenza sospiża. Il-Qorti ordnat ukoll li tinħareġ ordni ta’ trażżin kontra l-imputat bħala protezzjoni favur il-vittmi.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Ian Vella.

Ekonomija

Sport