Saturday, October 25, 2025

Sentenza sospiża għal raġel li ammetta li ħebb għal tlett uffiċjali tal-Pulizija

Aqra wkoll

Raġel ta’ 39 sena kien ikkundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal tlett snin u mmultat €4,000 wara li  fil-Qorti ammetta li ħebb għal 3 pulizija.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi James Mallia u Wayne Bonello spjegat li l-każ seħħ fil-bidu ta’ Ġunju tal-2024 fiż-Żurrieq. 

L-imputat kien mixli wkoll li hedded lill-pulizija, li rreżistihom, li m’obdiehomx u li kiser 3 sentenzi tal-Qorti.

Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, l-imputat ammetta għall-akkużi kollha miġjuba kontrih. Minbarra s-sentenza ta’ ħabs sospiża u l-multa, il-Maġistrat Grima ħarġet ukoll ordni ta’ trattament għal 3 snin biex jingħata għajnuna psikoloġika u rabtitu b’garanzija ta’ €2,000 għal sena biex ma jimmolestax lit-3 pulizija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport