Raġel ta’ 29 sena mill-Użbekistan ingħata sentenza sospiża wara li tressaq il-Qorti mixli li kisser il-bieb tal-ħassa tal-Pulizija ta’ Raħal Ġdid.
Il-każ seħħ s-Sibt li għadda, meta allegatament l-akkużat twaqqaf mill-Pulizija minħabba li kien fis-sakra. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Antonello Magri spjegat li l-akkużat ttieħed l-għassa.
Ingħad li l-Pulizija sabuha diffiċli biex ikellmu lill-akkużat minħabba li dan ma jafx jitkellem bl-Ingliż u li ħin minnhom l-akkużat ħareġ għal ftit ħin barra mill-għassa. Kien hawn fejn allegatament għamel ħsara fil-bieb tal-għassa.
Fil-Qorti, ġie spjegat li l-ispejjeż tal-ħsara illi għamel kien jammonta għal xejn inqas minn €27.