Thursday, April 25, 2024

Sentenza sospiża għal raġel li ħareġ il-parti tiegħu quddiem xufier tal-ikel

Aqra wkoll

Raġel ġie ikkundannat 9 xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li l-Qorti sabitu ħati li kixef il-parti ġenitali quddiem ix-xufier li ġablu l-ikel.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Nico Zarb spjegat kif il-każ seħħ fis-16 ta’ Ottubru li għadda, għall-ħabta tal-3.45am f’San Ġiljan.

Ix-xufier tal-Bolt qal li hekk kif wassal l-ikel fir-residenza tal-akkużat, allegatament dan fetaħ il-bieb bil-qalziet ta’ taħt. Irrimarka li wara li ħallsu u kien sejjer lura lejna il-mutur tiegħu, ra lill-akkużat joħroġ il-parti ġenitali tiegħu.

Ix-xufier irraporta lill-Pulizija dwar l-istess inċident. Miinkejja dan, meta kien mistoqsi mill-Pulizja, l-akkużat ċaħad dak li qal ix-xufier għalkemm ammetta li ħareġ għall-ikel bil-boxers.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech emmnet il-verżjoni tax-xufier u waqt ddeskriviet l-aġir bħala wieħed ta’ fastidju sostniet li ma tistax issib raġuni għala l-akkużat għamel dak li għamel.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport