Friday, December 26, 2025

Sentenza sospiża għal raġel li seraq magna tas-sigaretti

Aqra wkoll

Maurice Galea ta’ 57 sena ġie kkundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia li kien seraq magna u anke pakketti ta’ sigaretti.

L-imputat kien mixli li matul l-ewwel 3 xhur tal-2023 kien seraq pakketti ta’ sigaretti, magna ta’ sigaretti u għamel ħsara fi ħwejjeġ ta’ ħaddieħor.

Il-Prosekuzzjoni qalet li din is-serqa kienet saret minn Triq Wenzu Mallia, fil-Ħamrun, filwaqt li l-ammont tal-ispiża kemm tas-serqa kif ukoll tal-ħsarat kien ta’ kważi €10,000.

Il-Qorti wara li semgħet l-ammissjoni tiegħu stess ikkundannatu għal 18-il xahar ħabs sospiżi. Hu jrid iħallas lura 9,524 fi żmien sitt xhur lill-vittmi u anke €3,290 fi spejjeż tal-Qorti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport