Friday, November 22, 2024

Sentenza sospiża għal Sirjan li ammetta li kien qed jagħmel użu minn dokumenti foloz 

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 23 sena mis-Sirja residenti l-Ħamrun ġie kkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sena, wara li tressaq il-Qorti mixli li uża dokumenti foloz jew skaduti. Huwa kien akkużat ukoll li saq vettura mingħajr il-kunsens ta’ sidha. 

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Kurt Farrugia spjegat li l-akkużat ġie arrestat hekk kif uffiċjali tat-Transport Malta kienu għaddejjin bi spezzjonijiet f’Wied il-Għajn l-Erbgħa filgħaxija. 

Quddiem il-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil, l-akkużat wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bid-Difiża tgħid li ma taqbilx mal-fatt li l-imputat jingħata sentenza sospiża minħabba li jinsab f’pussess ta’ liċenzja tas-sewqan internazzjonali u ma kienx konxju li t-tali liċenzja kienet skadit.

Il-Qorti sabet lis-Sirjan ħati u ordnat lill-imputat sabiex ma jsuqx għal perjodu ta’ sena u xahar. Il-Qorti laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni biex jiġi rilaxxat il-passaport tal-imputat sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-proċeduri sabiex jigi deportat lura lejn pajjiżu. 

Sport