Somalu ta’ 35 sena residenti San Ġwann tressaq il-Qorti mixli li kkaġuna ħsara fuq karozza u ħoloq kommossjoni f’San Ġiljan.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ fi Triq Birkirkara, meta l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm raġel għamel xi ħsara f’vettura. Ingħad li meta marru fuq il-post, il-Pulizija sabu l-imputat aġitat u ġie arrestat.
Ingħad li wara l-arrest, huwa ttieħed fil-klinika tal-Furjana u minn hemm ġie riferut l-ewwel lejn Mater Dei u mbagħad lejn Monte Carmeli. Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-imputat skuża ruħu mal-Pulizija.
Min-naħa tagħha, id-Difiża qalet li l-vettura fakkritu fil-gwerra fil-Libja u l-intenzjoni ta’ li għamel ma kinitx waħda kriminali.
Il-ħsara fuq il-vettura ġiet stmata għal €474. Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, l-imputat wieġeb li hu ħati. Kien għalhekk li l-Maġistrat Vella ġie kkundannat sentenza ta’ sena ħabs sospiżi għal erba’ snin.