Żagħżugħ ta’ 21 sena minn San Ġwann tressaq il-Qorti mixli li kkaġuna ġrieħi gravi fuq żagħżugħ ieħor.
Fil-Qorti, Il-Prosekuzzjoni spjegat li ż-żagħżugħ kien mixli li hedded liż-żagħżuggħ l-ieħor u li kiser il-paċi pubblika. Huwa wieġeb li huwa ħati għall-akkużi kollha miġjuba kontrih.
Azzopardi ammetta wkoll li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-qorti minn sentenza oħra.
Il-Maġistrat tal-għassa Victor Axiaq ikkundanna lill-akkużat sena u sitt xhur ħabs sospiżi għal tliet snin u ħareġ ukoll ordni ta’ trażżin u oħra ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.