Wednesday, February 5, 2025

Sentenza sospiża għal żewġ Ukreni li ppruvaw jisirqu minn diversi karozzi 

Aqra wkoll

Żewġt Ukreni ta’ 41 u 34 sena rispettivament tressqu l-Qorti fejn ammettew li ppruvaw jiżgassaw u jisirqu diversi karozzi f’San Pawl il-Baħar.

Fil-Qorti nstema’ kif Oleksander Fadieiv u Roman Sienco kienu arrestati wara li l-pulizija rċevew rapport minn xi residenti li kien hemm żewġ persuni li kienu qed jippruvaw jiżgassaw xi vetturi. 

Meta l-Pulizija marru fuq il-post, ġew infurmati minn mara li kienet tgħix fl-inħawi, li ż-żewġt irġiel kienu mxew lejn triq oħra. Hemm sabu lill-imputati, b’wieħed minnhom kien qiegħed iġorr miegħu wiper tal-ħadid f’idejh.

Quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana, Fadieiv u Sienco wieġbu ħatja għall-akkużi kollha miġjuba kontrihom u kienu kkundannati disa’ xhur ħabs sospiżi għal 13-il xahar. Huma kienu ordnati jħallsu tal-ħsarat li kkawżaw fi żmien xahar.

L-Avukat Mark Mifsud Cutajar deher għall-imputati.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport