Thursday, November 13, 2025

Sentenza sospiża għal żewġt irġiel li ġġieldu fuq ċavetta

Aqra wkoll

Chuks Adamkofi ta’ 42 sena u Collins Onyebuchi Ordu ta’ 35 sena, żewġ Niperjani ingħataw sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammettew li nhar it-Tnejn li għadda kienu nvoluti f’argument waqt li kienu f’Wied il-Għajn.

Iż-żewġ imputati tressqu separatament quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella.

Il-Prosekuzzjoni qalet quddiem il-Maġistrat li l-argument seħħ fl-10 ta’ Novembru fi Triq l-Imġiebaħ, u jirriżulta li din it-tilwima kienet dwar ċavetta ta’ appartament li Adamkofi ma riedx jagħti lil Ordu.

Adamkofi wieġeb ħati u talab maħfra kemm lill-Qorti kif ukoll lill-vittma. Meta ġiet biex tagħti s-sentenza tagħha dwar Adamkofi l-Maġistrat Vella qieset li għandu fedina penali nadifa u li ammetta fi stadju bikri, u għalhekk tat sentenza sospiża u ordni ta’ trażżin fil-konfront ta’ Ordu.

Ftit tal-ħin wara tressaq Ordu li fil-Qorti dehru li kellu ferita fuq moħħu u anke l-ħwejjeġ imċappsin bid-demm. Filwaqt li qal li jaħdem fil-kostruzzjoni, ammetta mill-ewwel wkoll l-akkużi.

Il-Qorti tatu l-istess sentenza u ħarġet ordni ta’ trażżin fil-konfront ta’ Adamkofi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport