Tuesday, November 18, 2025

Sentenza sospiża għax kien qed iġorr munizzjon fl-ajruport

Aqra wkoll

Salim Ali Mohammed Aloud, Libjan ta’ 66 sena li fil-Qorti qal li m’għandux indirizz fiss f’Malta, tressaq il-Qorti wara li nstab li kien qed iġorr munizzjon mhux dikjarat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Hu nżamm mill-persuni tas-sigurtà tal-Ajruport meta kienu qed iwettqu kontrolli ta’ rutina u fil-bagalja tiegħu nstabu erba’ ’rounds’ ta’ munizzjon.

Aloud ġie mixli li kellu u pprova jimporta munizzjon mingħajr liċenzja, bi ksur tal-Firearms Act nhar il-Ħadd li għadda. Id-difiża, immexxija mill-avukat Arthur Azzopardi, qalet li l-akkużat kien lest jammetti l-akkużi kollha kontrih filwaqt li l-prosekuzzjoni qalet li ma kinitx se tinsisti għal ħabs effettiv.

Wara l-ammissjoni, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joseph Gatt sabitu ħati u kkundannatu ħames xhur ħabs, sospiżi għal sena. Il-Qorti ordnat ukoll li l-munizzjon jinqered u nnotat it-talba tal-pulizija biex jiġu kkonfiskati l-oġġetti relatati. 

L-Ispettur Roxanne Tabone mexxiet il-prosekuzzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport