Friday, December 27, 2024

Sentenza sospiża talli ħeba immigrant irregolari fid-dar tiegħu

Aqra wkoll

Raġel ta’ nazzjonalità Sirjana ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li ħeba immigrant bla dokumenti fid-dar tiegħu.

Isem l-imputat mhux qed jiġi mxandar fuq ordni tal-Qorti biex ma jxekkilx l-investigazzjonijiet tal-pulizija li għadhom għaddejjin fuq terzi persuni.

L-arrest seħħ wara investigazzjoni dwar il-wasla ta’ dgħajsa li kellha fuqha 35 immigrant illegali, li niżlet f’Delimara x-xahar li għadda. 

L-imputat, li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar erba’ snin, wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu. 

L-Avukat Noel Bianco sostna li r-reat li bih kien akkużat ir-raġel kien jimmerita sentenza sospiża. Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni ma nsistietx fuq sentenza ta’ ħabs f’dan il-każ.

Il-Qorti, wara li qieset il-koperazzjoni tar-raġel fl-investigazzjonijiet u l-ammissjoni bikrija tiegħu, ikkundannatu sena ħabs sospiżi għal sentejn. 

Ekonomija

Sport