Friday, January 23, 2026

Sentenza sospiża u ordni ta’ trażżin f’każ ta’ vjolenza domestika

Aqra wkoll

Il-Maġistrat Ingrid Bianco, sabet żagħżugħ ta’ 23 sena b’passaport Olandiż, ħati ta’ sensiela ta’ reati ta’ vjolenza domestika fil-konfront tal-eks sieħba tiegħu, u kkundannatu għal sentejn ħabs sospiżi għal perjodu ta’ erba’ snin, flimkien ma’ ordni ta’ trażżin favur il-vittma.

Il-każ seħħ fil-11 ta’ Jannar ta’ din is-sena meta għall-ħabta tas-6.15pm  ikkaġuna lill-eks sieħba tiegħu biża’ li kienet se tintuża vjolenza fil-konfront tagħha jew tal-familjari tagħha, u dan taħt ċirkustanzi aggravanti fosthom li r-reati twettqu kontra eks sieħba, b’mod ripetut u bl-użu jew theddida ta’ arma.

L-imputat ġie mixli wkoll li uża forza kontra Lepik u kkawżalha ġrieħi ħfief, kif iċċertifikat minn tabib, kif ukoll li offendiha jew heddidha verbalment.

Fit-12 ta’ Jannar waqt li l-imputat tressaq il-Qorti hu wieġeb ħati għall-akkużi kollha kontrih.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li fil-piena qiegħda tqis li l-imputat ammetta l-akkużi fi stadju bikri tal-proċeduri kif ukoll li kellu kondotta kriminali nadifa, in-natura tar-reati u ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ.

Kien għalhekk li l-Qorti kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. il-Qorti ħarġet ordni ta’ trażżin kontra l-imputat u favur il-vittma għal perjodu ta’ erba’ snin. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport