Tuesday, January 13, 2026

Sentenza sospiża wara li ammetta li insulta u hedded raġel ieħor

Aqra wkoll

Pio Galea ta’ 65 sena residenti l-Imġarr ingħata sentenza ta’ ħabs sospiża wara li ammetta li insulta, hedded, aggredixxa u ffastidja raġel ieħor.

 Il-Prosekuzzjoni qalet li dan il-każ seħħ fis-6 ta’ Jannar. Skont dak li ġie spjegat fil-Qorti, l-imputat mar fil-barriera tal-vittma li tinsab fil-Mosta. L-akkużat li hu sid ta’ barriera oħra li tinsab viċina dik tal-vittma mar fuq il-post u nqala argument. Jirriżulta li l-akkużat u l-vittma għandhom xi kwistjonijiet fuq xi flus pendenti.

Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea ntwerew xi filmati li fihom allegatament jidher l-akkużat jgħid lill-vittma “se nifqgħek”.

Jirriżulta li jumejn wara, l-imputat mar fl-uffiċċju tal-vittma u waqt li insulentah heddu li se jisparalu.

Fuq l-ammissjoni tiegħu, il-Qorti, sabitu ħati u kundannatu sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ trażżin favur il-vittma u l-qraba tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport