Monday, December 15, 2025

Sentenza sospiża wara li ammetta li ta n-nar lil garaxx

Aqra wkoll

Raġel ta’ 39 sena residenti x-Xagħra tressaq il-Qorti mixli li ta n-nar lil garaxx li jinsab fl-istess lokalità fejn jgħix hu, jiġifieri fix-Xagħra stess. 

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetur Keith Xerri spjegat li l-imputat Gary Bartolo kien mixli li wettaq dan ir-reat fil-jiem li għaddew. Jirriżulta li huwa għamel dan, minkejja li kien jaf li seta’ kien hemm xi nies fl-istess binja. Huwa ġie mixli wkoll li  kkaġuna ħsara fil-propjetà u li kiser il-paċi pubblika.

Fil-Qorti, Bartolo wieġeb li huwa ħati tal-akkużi miġuba kontrih. Min-naħa tagħha, id-Difiża mmexxija mill-Avukat Nadine Stivala ma’ għamlet ebda talba għalll-ħelsien mill-arrest. 

Il-Qorti wara li semgħet is-sottomissjonijiet tal-Prosekuzzjoni u tad-Difiża, ikkundannat lill-imputat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. Ġie ordna sabiex huwa jitpoġġa taħt ordni ta’ trattament għal perjodu ta’ tliet snin sabiex jindirizza l-vizzju tad-droga. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport