Tuesday, December 17, 2024

Sentenza sospiża wara li ffroda mara 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 37 sena residenti Ħaż-Żabbar kien ikkundannat sena u sitt xhur priġunerija sospiżi għal sentejn wara li ammetta li ffroda mara. 

Huwa ammetta quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li wettaq dan ir-reat fl-10 ta’ Ottubru 2018 jew fil-ġranet ta’ qabel. 

Il-Qorti semgħet uffiċjal tal-probation tispjega li l-imputat kien qalilha li dak li għamel, għamlu minħabba problemi tal-passat. Huwa kien inqabad fi problemi kbar tal-użura u minħabba f’hekk spiċċa f’dejn kbir. 

L-uffiċjali tal-probation kompliet tispjega li Josemar Borg għandu diversi każijiet simili li għadhom pendenti u li minkejja li fittex l-għajnuna tal-Caritas, dan ma żammx mal-appuntamenti li ngħata. 

Qalet li meta kellmet lil missier il-vittma dan qalilha li l-unika interess li għandu kien li jingħataw il-kumpens miftiehem mal-Pulizija. Żiedet li fil-fehma tagħha, Borg kellu jingħata ordni ta’ probation u li jattendi s-sessjonijiet tal-Caritas.

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, l-imputat Josemar Borg ammetta għall-akkużi kollha miġjuba kontrih. Wara li semgħet lix-xhud, il-Maġistrat Zammit irrimarkat li piena ta’ ħabs effettiva mhux se tagħmel ġid lil Borg.

Kien għalhekk li waqt li kkundannatu sentenza ta’ ħabs sospiża ordnatlu jirrifondi l-€1,250 li baqagħlu jagħti lill-vittma fi żmien sitt xhur. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jeffrey Scicluna.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport