Sunday, November 24, 2024

Sentenza sospiża wara li ħebb għal raġel u kkawżalu ġrieħi ħfief

Aqra wkoll

Somalu ta’ 30 sena ngħata sentenza sospiża wara li tressaq il-Qorti b’urġenza mixli b’inġurji fost l-oħrajn.  

Il-każ seħħ fil-25 ta’ Lulju f’San Ġiljan, meta l-vittma mar fl-għassa tal-lokal, u allega li safa’ attakkat mill-imputat. Il-Pulizija bdiet bl-investigazzjonijiet tagħha, fejn sabet lill-Imputat fil-post indikat mill-vittma, li aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief. 

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Victor G. Axiak, semgħet kif l-imputat huwa riċediv, hekk kif din mhix l-ewwel darba li xellef difrejh mal-ġustizzja. 

Minkejja dan il-Maġistrat qal lill-imputat li se jagħtih l-aħħar ċans, u għalhekk ingħata sentenza ta’ sitt xhur sospiżi għal sentejn. L-imputat ġie ordnat biex ma jersaqx lejn il-vittma. 

Sport