Thursday, December 19, 2024

Sentenza sospiża wara li nstab ħati li agredixxa raġel b’tazza tal-ħġieġ

Aqra wkoll

Raġel ta’ 45 sena residenti l-Belt Valletta ġie kkundannat sena ħabs sospiżi għal tliet snin wara li nstab ħati li aggredixxa raġel b’tazza tal-ħġieġ waqt argument li kellhom bejniethom.

Fil-Qorti, ingħat li l-argument imur lura għas-sena 2021 fin-Naxxar ġewwa żona tal-karavans. Fix-xhieda tiegħu, il-vittma spjega li l-imputat waqt li kien fis-sakra, mar ħdejn missier il-vittma b’tazza tal-ħġieġ. Kien hawn fejn allegatament żviluppat ġlieda bejn l-imputat u l-vittma, bil-vittma jallega li l-imputat lagħablu daqqa ta’ tazza f’wiċċu. 

Fil-Qorti, il-vittma qal ukoll li kawża tad-daqqa ta’ tazza, huwa spiċċa b’seba’ punti ma’ wiċċu. Il-Prosekuzzjoni spejgat li wara li seħħ l-argument bejn iż-żewġ irġiel, kellmu mal-imputat u kien hemm fejn indunaw li dan kellu riħa ta’ xorb.

Il-Prosekuzzjoni spejggat li kellmet xi tfal li dakinhar kienu hemm fil-ħin li seħħ l-inċident. Fost dawn it-tfal, preżenti kien hemm it-tifla tal-imputat , li mal-Pulizija rrimarkat li rat raġel b’rasu mimlija demm u li dan qam għal missierha.

Fix-xhieda tagħha, mart il-vittma spjegat li l-imputat mar ħdejn il-karavan tagħhom għas-sodisfazzjon ub’tazza f’idu u li mal-ewwel beda jillettika. Spejgat li f’ħin minnhom daħlet ġewwa fil-karavan sabiex iċċempel lill-Pulizija u li malli ħarġet sabet lil żewġha, lit-tifel u lill-imputat mal-art.

Warali semgħet ix-xhieda, il-Maġistrat Nadine Lia qalet li minn dak li ħareġ fl-awla m’hemmx dubju li t-tnejn li huma kienu involuti fl-argument li eskala. Il-Maġistrat Lia qalet ukoll li ma kienx hemm provi biżżejjed, fosthom filmati li juru kif seħħew il-feriti.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti qalet li trid tara kemm l-aspett riformattiv tal-imputat iżda wkoll tħares l-interessi tal-vittma u tas-soċjetà. Hija tagħtu sena ħabs sospiża għal tliet snin. Ma’ dan ħarġet ordni ta’ trazzin favur il-vittma għal tliet snin.

Ekonomija

Sport