Wednesday, January 8, 2025

Sentenza sospiża wara li saq fuq in-nies f’Paceville

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 18-il sena ngħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn wara li ammetta li saq għal fuq grupp żgħir ta’ nies f’Paceville wara argument fis-26 ta’ Diċembru li għadda.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella semgħet lil Leon Cremona Adly jammetti għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu. Huwa kien ammmeta wkoll li saq karozza mingħajr il-permess tas-sid, li kien xurban u li kiser il-paċi pubblika fost oħrajn. 

Adly tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal perjodu ta’ sentejn u kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal sena. 

Il-Maġistrat wissietu sabiex ma jikser l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet inkella jkollu jaffaċċja konsegwenzi aktar ħorox.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Darryl Farr flimkien mal-Avukat Clive Aquilina mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport