Saturday, September 13, 2025

Sentenza sospiża wara li saq mutur mingħajr liċenzja

Aqra wkoll

Nenad Todorovski tressaq il-Qorti mixli li saq mutur b’mod perikoluż u traskurat, li saq taħt l-influwenza tal-alkoħol, u li kien qed isuq mutur mingħajr ma kellu liċenzja jew assigurazzjoni valida f’San Pawl il-Baħar u ż-żoni tal-madwar.

Fil-Qorti nstema’ kif għalkemm Todorovski kellu liċenzja tas-sewqan barranija, din ma kinitx valida f’Malta, peress li l-liċenzji barranin kollha jridu jiġu skambjati ma’ waħda lokali wara sena. Billi naqas milli jagħmel dan, huwa lanqas ma kien kopert minn polza ta’ assigurazzjoni.

L-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal 42 xahar.

Huwa kien immultat ukoll €5,000 u kien skwalifikat milli jkollu jew jikseb liċenzja tas-sewqan għal erba’ snin.

Il-qorti ordnat ukoll li kopja tas-sentenza tintbagħat lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni, li jista’ jieħu kwalunkwe azzjoni meqjusa xierqa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni ta’ Malta.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Nicholas Vella.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport