Filippina ta’ 48 sena, Mayumi Santos Patacsil kienet ikkundannata għomorha l-ħabs. Dan wara li wara li t-Tnejn li għadda, Santos instabet ħatja li qatlet lis-sieħeb tagħha Marcellino Montalban Saraza fl-2021.
Fil-Qorti ħareġ li l-vittma inqatel b’daqqa ta’ sikkina f’sidru u oħra f’għonqu fl-appartament fil-Mellieħa fejn kienet tgħix il-koppja.
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet li bis-sentenza, il-Qorti qed tibgħat messaġġ li l-vjolenza domestika, fi kwalunkwe kuntest u fi kwalunkwe għamla, m’hijiex aċċettabbli.