Passiġġier ta’ ajruplan li kien fis-sakra ingħata sentenza ta’ 10 xhur ħabs wara li l-aġir abbużiv tiegħu mhux biss ħoloq tensjoni u biża fost l-ekwipaġġ u l-passiġġieri imma wkoll wassal biex il-pilota ma jillandjax l-ajruplan billi rrifjuta li jpoġġi bilqegħda u jorbot iċ-ċinturin tas-sigurta.
Il-passiġġier Stephen Blofield, ta’ 61 sena, kien qed jivvjaġġa fuq titjira ta’ Ryanair minn Krakovja fil-Polonja għall-Ajruport ta’ Bristol fil-11 ta’ Novembru li għadda.
Il-Qorti Sede ta’ Bristol semgħet li Blofield kien beda jixrob fl-ajruport, qabel imbarka, sabiex jikkalma l-ansjeta tiegħu qabel titjira. Huwa kompla jixrob anki wara li tela fuq l-ajruplan, tant li ssuġġetta lill-crew u lill-passiġġieri għal aggressjoni verbali.
Fil-qorti, l-avukat prosekutur li mexxa l-akkużi kontra Blofield irrefera lill-qorti għax-xiehda ta wieħed mill-uffiċjal prinċipali tal-pulizija li ddeskriva l-abbuż ta’ Blofield bħala effettivament l-agħar każ li kellu jiffaċċja f’karriera ta’ 20 sena
Blofield, minn Goshawk Road, Haverfordwest, West Wales, abbuża mill-istaff Pollakk waqt it-titjira u ġiegħel lill-pilota jissospendi l-ewwel inżul tiegħu wara li rrifjuta li joqgħod bilqiegħda u jorbot iċ-ċinturin tas-sigurtà.
Wara l-inżul eventwali tal-ajruplan, il-pulizija telgħu abbord l-ajruplan u arrestaw lil Blofield li kien għadu fis-sakra, aggressiv u konfrontazzjonali.
Huwa kważi laqat lil wieħed mill-passiġġieri waqt li kien immanettjat u tant kien allarmat u potenzjalment perikoluż li kellu jitniżżel mill-ajruplan bl-użu ta’ ambulift, li normalment jintuża minn passiġġieri b’diżabilità.

