Sunday, November 2, 2025

Sentenza ta’ ħabs mibdula għal sentenza sospiża wara li lest li jibdel ħajtu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 39 sena kellu sentenza ta’ ħabs mibdula wara li l-Qorti tal-Appell aċċetat it-talba biex uwa jingħata sentenza sospiża. Il-Qorti tal-Appell biddlet din is-sentenza wara li kien jidher ċar li l-akkużat jinsab lest li jbiddel ħajtu

Fil-Qorti ingħad kif l-akkużat kien ikkundannat 18 -il xahar ħabs wara li nstab ħati li kien fil-pussess tad-droga eroina, liema tip ta’ droga ma’ kinitx għal l-użu persinali tiegħu. 

L-Imħallef Edwina Grima li quddiemhha kien qed jinstema’ l-każ fil-Qorti tal-Appell qieset il-fatt li l-akkużat kien instab ħati b’rabta ma’ abbuż ta’ droga, liema abbuż l-akkużat għandu storja twila dwarha. 

L-Imħallef Grima innutat li l-akkużat għaraf il-bżonn li jegħleb dan il-vizzju u qed jikkopera fil-programm ta’ riabilitazzjoni. 

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat il-konfiska tad-depożitu ta’ €500 u l-garanzija ta’ €7,000, flimkien ma’ €160 li kellu fuqu Vassallo, kif ukoll il-ħlas ta’ €500 fi spejjeż tal-esperti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport