Wednesday, October 1, 2025

Sentenza ta’ ħabs sospiża wara li wasal fuq titjira b’żewġ ponnijiet tal-ħadid

Aqra wkoll

Peter Abdilla, ta’ 31 sena residenti Birżebbuġa ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin wara li ammetta fil-Qorti li meta kien fl-Ajruport Internazzjonal ta’ Malta kellu żewġ ponnijiet tal-ħadid.

L-imputat wettaq dan ir-reat fit-22 ta’ Marzu tas-sena l-oħra wara li kien għadu kemm wasal Malta fuq titjira minn Istanbul fit-Turkija. 

L-Ispettur Roxanne Tabone akkużat ukoll lil Abdilla li kien  kiser sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal 40 xahar li kien weħel fil-11 ta’ Jannar tal-istess sena fuq każ ieħor.

Il-prosekuzzjoni u d-difiża qablu li ma kellux jeħel piena ta’ ħabs effettiva u l-Maġistrat Monica Vella ddeċidiet li tikkundannah sentejn ħabs sospiżi imma din id-darba għal 4 snin flok għal 40 xahar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport