Monday, May 13, 2024

Sentenza ta’ ħabs talli ħebb għal omm uliedu bil-konsegwenza li kissrilha x-xedaq

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza ta’ priġunerija effettiva lil Lydon Gravina talli ħebb għal omm uliedu.  Il-każ kien seħħ fil-lejl ta’ bejn l-4 u l-5 ta’ Marzu tal-2017 f’San Pawl il-Baħar. F’Diċembru tal-2020, Gravina tressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ffejn ġie mixli u nstab ħati li waqt li ħebb għal omm uliedu, kissrilha x-xedaq. 

Intant, fil-Qorti intqal li konsegwenza ta’ dan, il-mara kellha tgħaddi minn diversi interventi kiruġiċi.

Minbarra s-seba’ xhur priġunerija, Gravina tqiegħed taħt ordni ta’ trattament għal tliet snin. Il-Qorti, minbarra li ordnat li l-imputat jiġi sorveljat minn uffiċjal tal-probation għal perjodu ta’ żmien, ordnat ukoll il-protezzjoni favur il-vittma għal tliet snin.

Min-naħa tiegħu, Lydon Gravina qal li l-piena tal-Ewwel Qorti kienet waħda eċċessiva billi huwa kien ikkopera bia-sħiħ mal-Pulizija. Sostna wkoll li hu li mar minn jeddu għand il-Pulizija. 

Il-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef Neville Camilleri naqqset is-sentenza minn waħda ta’ disa xhur ħabs għal waħda ta’ seba xhur.

Sport