Hekk kif illum kompliet il-kumpilazzjoni ġbir ta’ provi dwar il-qtil ta’ Kyle Mifsud, li dwaru kemm akkużat Salvino Mangion komplew joħorġu aktar dettalji dwar dak li seħħ dakinhar u anke x’sabu l-investigazzjoni.
Il-Prosekuzzjoni qalet li mill-ewwel ukoll bdiet it-tfittxija fl-appartament tal-akkużat fejn instabu 2 senters kklassifikati bħala shotguns u anka xi munizzjon.
Wieħed minnhom instab wara l-bieb tal-kamra tas-sodda u l-ieħor instab fuq il-gwardarobba fl-istess kamra. instabu xi skrataċ f’kexxun u nstab skartoċċ vojt taħt il-kamrija f’qasrija li kienet fl-istess appartament Saru testijiet mill-esperti biex jaraw jekk kienx hemm traċċi ta’ demm, fejn mas-sink tal-kamra tal-banju, instabu traċċi ta’ demm mal-vit tal-ilma.
Ħafna biki u għajat
Uffiċjali tal-Pulizija bdew jitkellmu wkoll mar-residenti tal-blokka u anke dawk tal-madwar biex jiġi stabbilit x’ġara eżatt. Ir-residenti qal lill-pulizija li l-ewwel kien hemm taħbit b’mod qawwi, imbagħad tir sparat u wara ħafna biki u għajjat.
Il-Pulizija saru jafu li l-imputat hu armel u anke mietlu wieħed mit-tfal tiegħu. Hu kien jgħix waħdu. L-Ispettur fix-xhieda tiegħu qal li minn ħajjtu bdiet tiddeterjora, tant li beda jġib nies deskritti bħala “mhux affidabbli” fir-residenza tiegħu, fosthom kien hemm il-vittma u s-sieħba tiegħu.
Ir-residenti qalu wkoll li l-vittma u s-sieħba tiegħu kellhom problema tad-droga u kienu jmorru għand l-akkużat għall-flus. Il-vittma miet ftit wara nofsillejl fl-Isptar Mater Dei. Mill-awtopsja ġie kkonfermat li l-mewt tal-vittma kien minħabba l-ġrieħi li sofra mit-tir.
Il-Pulizija tkellmu wkoll ma’ wlied l-akkużat. Huma qalu li mill-ewt ta’ ommhom u ħuhom is-siwtazzjoni tiegħu marret għall-agħar u beda jatratta nies mhux affidabbli.
Qal li spiss kienu jirċievu telefonati mir-residenti tal-blokka jgergru fuq is-sitwazzjoni ta’ missierhom. Kien hemm anki żmien fejn it-tnejn li huma pruvaw jilqgħuh fir-residenza tagħhom. L-akkużat kien jargumenta li “dik id-dar tiegħi, irrid ngħix hemm”. Saħansitra kien hemm żmien fejn wieħed minn uliedu mar għandu u ma bediex isiblu ikel fil-friġġ u meta mistoqsi, l-akkużat kien jgħidilhom li m’għandux flus.
Aqra wkoll: “Il-vittma kien imwissi biex ma jdejjaqx aktar lill-allegat aggressur”
L-imputat kien iħallas €20 fil-ġimgħa lis-sieħba tal-vittma għal servizzi sesswali