It-tennista Taljan Andreas Seppi ħabbar li se jkun qed jirtira minn din il-logħba wara 20 sena jilgħab f’livelli għolja.
“Xi darba jew oħra kulħadd irid idendel ir-rakketta tat-tennis u issa li għandi 38 sena, jien se nkun qed nagħmel l-istess.”
Hu qal li jiftakar ħafna mumenti sbieħ, l-aktar meta rnexxielu jasal sat-18-il post tar-rankings mondjali.