Thursday, April 18, 2024

“Ser intellgħu f’posthom l-ewwel strutturi tal-azzar tal-flyover il-ġdida tal-Kirkop Tunnels & Airport Intersection Project”

Aqra wkoll

Infrastructure Malta tkompli għaddejja b’bosta xogħlijiet fit-toroq tagħna. Ilbieraħ ġie mħabbar li se jkunu qed isiru xi xogħlijiet nhar it-Tlieta billejl kif ukoll l-Erbgħa billejl (2-3 ta’ Awwissu). Dan ix-xogħol se jkun qed isir mis-sebgħa ta’ filgħaxija sas-sitta tal-għada filgħodu.

“se nkunu qegħdin intellgħu f’posthom l-ewwel strutturi tal-azzar tal-flyover ġdida tal-Kirkop Tunnels & Airport Intersection Project” Ħabbret dan Infrastructure Malta. 

Il-karreġġjata direzzjoni tramuntana ta’ Triq L-Ewwel Titjira, mill-Mini ta’ Ħal Kirkop sar-roundabout tal-Ajruport, ser tkun tinsab magħluqa fiż-żewġt iljieli. 

Għaldaqstant, dawk l-individwi li kien beħsiebhom jagħmlu użu minn din it-triq huma mħeġġa li jużaw ir-rotta alternattiva minn Triq Ħal Farruġ. 

Ekonomija

Sport