Friday, July 26, 2024

“Ser nkompli naħdem fil-perjodu ta’ transizzjoni li hemm bżonn fi ħdan il-PL sakemm isir it-tiġdid meħtieġ”- Daniel Micallef

Aqra wkoll

“Nirreferi għal ċertu rapporti, u anke għall-fatt li qed niġi kkuntattjat minn diversi ġurnalisti dwar il-pożizzjoni tiegħi fil-Partit Laburista. Iva, jiena kkomunikajt ma sħabi li ser nkompli naħdem fil-perjodu ta’ transizzjoni li hemm bzżonn fi ħdan il-Partit Laburista sabiex imbad isir it-tiġdid meħtieg, inkluż fil-kariga li sal-lum nokkupa”

Dan iddikjarah id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Daniel Micallef f’messaġġ, fejn stqarr li fil-każ tiegħu, din hija deċiżjoni ttieħdet sentejn, fejn kien tkellem mal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Robert Abela dwar dan.

Irrimarka li waqt attivitá ta’ l-Erbgha l-għadda f’Rahal Gdid, huwa kien ta ħjiel ta’ tiġdid li hemm bzonn, fejn stqarr; “illum haw jien, għada jkun haw haddiehor”. Dan il-kliem propju intqal qabel l-elezzjoni tas-Sibt.

Fl-istess messaġġ Micallef qal;”Kif qal il-Prim Ministru sal-bierah stess, nemmen li l-poplu baghat numru ta’ messaggi bil-vot tieghu nhar is-Sibt, liema messaggi jridu jiġu mifhuma u jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji.”

Tenna li huwa konness li se jibqa’ jgħin lil Partit kiif jista u kull fejn jista, sa fejn jippermettulu ċ-ċirkostanzii ta’ ħajtu. Qal ukoll; “Għalkemm għal ħafna snin okkupajt rwoli uffiċjali f’diversi livelli fil-Partit, m’għandiex bżonn li jkolli kariga biex nibqa’ naħti sehmi lill-Partit u ngħin lill-Mexxej Robert Abela”

Huwa ħeġġeġ lil ħafna oħrajn biex jagħmlu dan u jingħaqdu mal-mijiet ta’ voluntiera li diġa jaħdmu għall-Partit b’mod ċentrali u fil-lokalitajiet, li rringrazzjahom minn qalbu tax-xoghol kollu taghhom.

Ekonomija

Sport