Friday, August 15, 2025

SERATA TA’ ĊELEBRAZZJONI GĦALL-IMPJEGATI TAL-BOV

IL-BANK OF VALLETTA JORGANIZZA ĊELEBRAZZJONI SAJFIJA KKULURITA GĦALL-IMPJEGATI 

Aqra wkoll

Dan l-aħħar, il-Bank of Valletta ospita l-avveniment tas-sajf tant mistenni għall-impjegati ġewwa  Chateau Buskett, li ġie trasformati f’ Neon Jungle” vibranti għal serata indimentikabbli, mimli divertiment, u ċelebrazzjoni.

L-avveniment laqqa’ flimkien lill-impjegati minn funzjonijiet differenti u minn madwar il-fergħat tal-Bank. L-organizzaturi ħolqu l-ambjent ideali biex wieħed jirrilassa, jagħmel kuntatti u jissaħħaħ is-sens ta’ komunità li fuqu hija mibnija l-viżjoni tal-Bank li jkun il-Bank tal-Għażla kemm għall-klijenti kif ukoll għall-impjegati.

Il-mistednin ġew milqugħa bil-prosecco qabel ma daħlu f’dinja mimlija kuluri, mużika u divertiment. Il-palk ħa l-ħajja b’wirjiet dinamici minn JD, Neo X, Glenn Vella, Janvil, Destiny, Miriana Conte, u settijiet kollaborattivi li inkludew sassofonu u bongos ma’ Neo X.

It-tema ta’ Neon Jungle ma waqfitx mal-ispettaklu fuq il-palk. Lil hinn minnu, tkompliet permezz ta’ animaturi, “foam sticks” li dawwlu l-lejl, u kabina ta’ ritratti 360° li qabdet mumenti mimlija kulur. Iż-żona tal-ġnien kienet mimlija ħajja b’kompetizzjonijiet bejn il-ħbieb ta’ Beer Pong, Air Hockey u Table Soccer. L-ikel ma naqasx, u kien hemm xi ħaġa għall-palat ta’ kulħadd, minn ikel fuq l-idejn sa stazzjonijiet tematiċi, minn karrettun bil-kannoli sa magna tal-candy floss, bar tal-ġelat u stazzjon tad-donuts. Il-bars tal-cocktails servew kemm xarbiet alkoħoliċi kif ukoll oħrajn mingħajr alkoħol,  biex b’hekk inżammet atmosfera ħajja u inklużiva.

Meta tkellem dwar l-avveniment, Ernest Agius, Chief Operations Officer, saħaq li, “L-avveniment tas-sajf tagħna huwa aktar minn serata ta’ divertiment. Għalina, din hija okkażjoni fejn noħolqu  spazju li fih in-nies tagħna jkunu jistgħu jiltaqgħu lil hinn mir-rwoli tagħhom ta’ kuljum. Dan jirrifletti l-impenn tagħna lejn il-benessri tal-impjegati u li  ibnu sens ta’ appartenenza li jagħmel lill-BOV post mill-aqwa fejn wieħed jibni l-karriera tiegħu.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Bank, Kenneth Farrugia, żied jgħid li, “Fil-BOV nemmnu li kultura b’saħħitha tinbena fuq esperjenzi kondiviżi. Din iċ-ċelebrazzjoni kienet ringrazzjament lin-nies tagħna għall-impenn tagħhom, u tfakkira li li l-impjegati tagħna huma essenzjali biex aħna tassew inkunu l-Bank tal-Għażla għall-klijenti tagħna.”

Permezz ta’ inizjattivi bħal dan l-avveniment tas-sajf għall-Impjegati, il-Bank of Valletta jibqa’ jippromwovi l-benessri tal-impjegati, filwaqt li jiċċelebra n-nies li hemm wara s-suċċess tal-Bank.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport