Monday, May 26, 2025

Serata ta’ mużika sagra fil-Marsa

Aqra wkoll

Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Festi Esterni SSma Trinità Marsa AD 1975, qed isiru l-aħħar preparamenti biex nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Mejju, fis-7.00pm, tittella’ serata ta’ mużika sagra li ser issir ġewwa l-knisja parrokkjali tal-Marsa ddedikata lis-Santissima Trinità.

Bl-isem ta’ Gloria Tibi Trinitas, din ser tkun okkażjoni speċjali b’mużika varjata, fejn il-Grupp Mużikali Trinità Qaddisa, immexxi mis-Surmast Wayne Bartolo, ser jesegwixxi siltiet ta’ Camille Saint-Saëns, Marco Frisina, Giuseppe Camilleri, Ray Sciberras, u Saviour Spiteri.

Se jkollu post speċjali l-Oratorju lis-SSma Trinità, kompożizzjoni tas-Surmast Joseph Casapinta bi kliem ta’ Patri Mattew Sultana.

Biex isebbħu aktar din l-akkademja ta’ mużika sagra, ser jagħtu sehemhom ukoll il-Cappella Musicale Cæciliana mmexxija minn Mro Abraham D’Amato u l-Malta National Children’s Choir dirett minn Mro Stephanie Spiteri. Ser jieħdu sehem ukoll il-kantanta Cherise Spiteri, it-tenur André Sciberras, il-baxx Albert Buttigieg u t-tifel sopran Daniel Balzan.

Kulħadd huwa mistieden għal din l-akkademja mużikali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport