Thursday, December 19, 2024

Serata ta’ mużika u poeżija b’tifkira tal-1962 sena miż-żjara ta’ San Pawl Appostlu f’Malta

Aqra wkoll

B’tifkira tal-1962 sena miż-żjara ta’ San Pawl Appostlu f’Malta, il-JP2 Foundation (Fundazzjoni Papa Ġwanni Pawlu II) b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex u l-Komunità ta’ Marsalforn qed itellgħu serata ta’ Mużika u Poeżija bis-sehem tal-kantanta Maltija Ritienne Azzopardi, li tmexxi l-Harmonic Ensemble Music & Voice Academy. Hija wkoll tesegwixxi regolarment mal-Malta Concert Orchestra.

Is-Soprana se tkun akkumpanjata mill-pjanista Christin Marie Gauci li qeda issegwi Ph.D. fl-Istudji Mużikali mill-Università ta’ Malta u P.G.C.E fl-Istudji Mużikali u Diploma ta’ Għalliema fl-Istudji tal-Piano. 

Is-serata se ssir illum fis-6.45pm fil-Knisja tan-Nawfraġju ta’ San Pawl Marsalforn immedjatament hekk kif tispiċċa l-funzjoni tal-knisja. 

Din l-attività hija taħt il-patroċinju tas-Sindku u l-Kunsilliera tal-Kunsill Lokali iż-Żebbuġ. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi.

Ekonomija

Sport